43 persuna fosthom tfal inqatlu f’attakk mill-ajru fit-Tramuntana ta’ Yemen. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-Arabja Sawdija mexxiet dan l-attakk, li sar fuq karozza tal-linja.
Uffiċjali tas-salvataġġ fuq il-post qalu li l-maġġoranza tal-vittmi għandhom inqas minn 10 snin.
L-operazzjoni tas-salvataġġ fuq il-post se tibqa’ għaddeja.