It-13 ta’ Mejju 1981, ġurnata li ħasdet id-dinja wara li fi Pjazza San Pietru l-Vatikan, Papa Ġwanni Pawlu II kien f’ħalq il-mewt wara li Ali Agca spara tiri lejh.
Żewġ balal laqtu lill-Papa, illum qaddis.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Papa maħbub kien ittieħed immedjatament l-isptar Gemelli f’Ruma, fejn hemmek saritlu operazzjoni ta’ ħames sigħat li salvatlu ħajtu.
Erbat ijiem wara l-attentat ta’ assassinju fuqu, il-Papa kien tkellem minn fuq is-sodda tal-isptar u ħafer lil dak li sparalu.
Is-susspettat kien weħel għomru l-ħabs, u wara l-Papa kien mar iżuru.