Sas-2pm kienu vvutaw ftit aktar minn 42.5% tal-votanti eliġibbli fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali vvutaw ftit aktar minn 41% sas-2pm.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan ifisser li inqas min-nofs tal-votanti reġistrati vvutaw f’dawn l-elezzjonijiet li għaddejin madwar Malta u Għawdex.
Dawn iċ-ċifri tat-turn-out ħarġu fi stqarrija uffiċjali mill-Kummissjoni Elettorali.
Intqal li r-rata tat-turn-out sas-2pm tinkludi l-voti mitfugħa fil-ġranet l-oħra tal-votazzjoni jiġifieri fl-1, 4 u 6 ta’ Ġunju.
Il-votazzjoni tagħlaq fl-10pm u l-andament fil-postijiet tal-votazzjoni huwa mexxej fejn in-nies qed jidħlu u joħorġu fi ftit minuti.
AQRA AKTAR: