Fl-aħħar sigħat fiequ 699 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 288 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 9,509.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,170,747 doża tal-vaċċin, li minnhom 306,964 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 124 persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei u huma pożittivi għall-Covid-19.
8 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.