Jacob Anthony Chansley, wieħed minn dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet f’Capitol Hill f’Washington D.C., fl-Istati Uniti f’Jannar li għadda ġie kkundannat wieħed u erbgħin xahar ħabs tal-involviment tiegħu fil-protesti.
Is-sentenza mogħtija lilu kienet waħda mill-aktar ħorox minn dawk marbuta mal-istess każ.
L-irvellijiet kienu saħansitra ħallew pulizija mejjet.
Chansley, li kien wieħed mill-persuni prominenti fl-irvellijiet fejn deher liebes qrun u kellu wiċċu mpinġi bil-kuluri tal-bandiera Amerikana.
Huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u fil-Qorti qal kif għamel ħażin li daħal ġewwa l-bini tal-Capitol dan minkejja li dakinhar tal-arrest qal li skontu kien qed iwieġeb għas-sejħa tal-eks-President Amerikan Donald Trump lill-patrijotti.
Barra mis-sentenza mogħtija lilu, huwa ser jagħmel tliet snin b’superviżjoni miegħu u irid iħallas mitt dollaru.