41 Pulizija temmew b’suċċess it-taħriġ tagħhom bħala Tourism Police Officers.
Fl-aħħar xhur, dawn il-Pulizija ngħataw taħrig fl-ITS u l-akkademja ta’ Kandja fuq ħidma tal-Pulizija orjentata lejn it-turisti, tipi tar-reati li jaffettwaw it-turisti, żamma tal-ordni u ħiliet fl-ewwel għajnuna.
It-Tourism Police Officers se jkun imferxien fiż-żoni turistiċi ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, bħala parti minn proġett pilota.
Din kienet wegħda elettorali oħra li ġiet mwettaq.
Il-Ministru għall-Intern għas-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega kif dawn il-Pulizija se jsaħħu s-sorveljanza ta’ dawn iż-żoni turistiċi permezz ta’ rondi kontinwi.
Il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis fisser l-importanza ta’ dan it-taħriġ għall-Pulizija minħabba li se jipprovdu informazzjoni lit-turisti varji dwar liġijiet u postijiet ta’ interess.