Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, wieħed u erbgħin persuna fiequ mill-Coronavirus, u feġġew disgħa u erbgħin każ minn fost elf sitt mija sitta u sittin test.
Ftit aktar minn sebgħa u disgħin fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi.
Dan ifisser li ftit anqas minn tlieta fil-mija biss tat-testijiet li saru rriżultaw fil-pożittiv għall-virus.
S’issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar madwar f’Malta u f’Għawdex saru b’kollox mitejn u tmintax-il elf, sitt mija tnejn u disgħin test għall-Covid-19.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/203034424748442