Minn tal-inqas 41 Palestinjan inqatel u 1,800 ndarbu minn suldati Iżraeliti fil-fruntiera ta’ Gaza.
Il-vjolenza bdiet wara li l-Istati Uniti fetħet l-ambaxxata tagħha f’Ġerusalemm, mossa kontroversjali li qajmet għagħa kbira fost il-Palestinjani.
Dan hekk kif il-Palestinjani iqisu din il-mossa bħala waħda li turi appoġġ lit-tmexxija tal-Iżrael fuq il-belt kollha.