Singapor ikkonfermat 41 każ tal-virus Zika li kienu trasmessi lokalment. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li 36 minn dawk infettati kienu ħaddiema barranin fl-istess sit tal-kostruzzjoni, u kollha jgħixu fl-istess reġjun tal-pajjiż.
L-ebda wieħed minnhom ma vjaġġa lejn żoni affettwati miz-Zika riċentament. Intqal li 34 persuna rkupraw kompletament, iżda sebgħa għadhom l-isptar.
Il-ħidma fis-sit tal-kostruzzjoni twaqqfet hekk kif il-manutenzjoni fil-post instabet li mhix sodisfaċenti, b’ambjent li jiffavorixxi l-wild ta’ nemus ġdid.