Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska disgħa u tletin elf ħames mija u tmienja u sebgħin (39,578) flixkun tal-inbid u ħames mija u erbgħa u tmenin (584) flixkun tal-ispirtu b’valur ta’ erba’ mija u sitta u ħamsin elf tliet mija u erbgħa u sittin ewro (€456,364).
Dawn ġew ikkonfiskati bejn Jannar u Settembru, bil-valur għall-inbejjed huwa ta’ ftit aktar minn erba’ mija tletin elf ewro (€430,084), u sitta u għoxrin elf mitejn u tmenin ewro (€26,280) għall-fliexken tal-ispirti.
Il-fliexken tal-inbid kienu jġibu l-valur ta’ sitt elef, mija u sitta u erbgħin ewro (€6,146) f’taxxi u tmienja u sebgħin elf ħames mija u wieħed u għoxrin ewro (€78,521) f’VAT filwaqt li l-fliexken tal-ispirti kienu jġibu l-valur ta’ elfejn, mitejn u erbgħa u għoxrin ewro (€2,224) f’taxxa u ħamest elef, mija u wieħed u tletin ewro (€5,131) f’VAT