F’pajjiżna tlaqqmu 400,000 persuna kontra l-Covid-19.
Dan tħabbar mill-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-midja soċjali.
Skont l-aħħar aġġornament, 406,414-il test ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 401,390 persuna tlaqqmu kompletament.
Il-programm ta’ vaċċinazzjoni beda fis-27 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, ġurnata wara li waslu l-ewwel 10,000 doża tal-vaċċin.
Hawnhekk bdew jitlaqqmu l-anzjani, għall-adulti u ż-żgħażagħ.
F’nofs Settembru li ġej, se tibda tingħata doża addizzjonali lill-persuni vulnerabbli.