Summer Daze hua kunċert mużikali, li l-ewwel parti tiegħu saret ilbieraħ f’Ta’ Qali, fejn attendew ‘il fuq minn 40,000 ruħ.
Il-kunċert tal-bieraħ sar b’kollaborazzjoni ma’ BBC Radio 1 Dance Live u Creamfields, u jmiss li ssir attività oħra għada, 17 ta’ Awwissu, b’kollaborazzjoni ma’ Radio Deejay u M2O fiż-Żona tal-Piknic f’Ta’ Qali.
Għall-15 ta’ Awwissu, l-headliners kienu superstars mad-dinja kollha: Anne-Marie, Bastille, Elderbrook, G-Eazy u Jason Derulo.
Għada l-udjenzi se jgawdu lil Albertino, Fargetta, Molella, Prezioso, J AX, Baby K, Corona, Ice MC u Meduza. Dan kollu b’wirjiet ta’ żfin u dawl.
Il-biljetti huma b’xejn iżda donazzjoni ta’ €3 tkopri l-ispiża ta’ tazza li tista’ terġa’ tintuża, u li għandha tintuża matul il-festival kollu, biex jitnaqqas l-iskart tal-plastik. Il-kumplament tad-dħul se jitpoġġa f’donazzjoni lill-Fond ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
(Ritratti: VISITMALTA)