Madwar 4,000 siringa nġabru minn ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif f’żona li tieħu mill-Ħamrun għal Triq Diċembru 13. Kien wara rapporti li waslu għand il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura li ttieħdet l-azzjoni mmedjata. Biex hekk kien evitat periklu serju għal min jgħaddi mill-post.