Fi Brussell, tul il-jum tas-Sibt, il-Pulizija arrestaw mal-400 persuna fi protesti simili għall-dawk fi Franza, fejn libsin l-isfar bħal fil-protesti Franċiżi, id-dimostranti għamlu ħsarat fi ħwienet u karozzi.
Il-folla ta’ madwar 1,000 persuna kienet affaċċjata minn uffiċjali tas-sigurtà li minn naħa tagħhom użaw kanun tal-ilma u gass tad-dmugħ biex iżommu d-dimostranti ’l bogħod mill-kwartieri ġenerali tal-Unjoni Ewropea u binjiet tal-gvern Belġjan fil-qrib.