Kważi 400 persuna tilfu ħajjithim u eluf oħra sfaw mingħajr saqaf fuq rashom fl-agħar għargħar li ħakem l-Istat Indjan ta’ Kerala f’100 sena.
Iktar minn miljun persuna kienu sfurzat ‘l barra minn djarhom u sabu refuġju f’kampijiet apposta madwar l-Istat.
Issa jidher li x-xita qed tbatti, u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ qed jibqgħu għaddejjin biex jinġiebu riżorsi lill-postijiet milquta.
F’xi nħawi oħra tal-Istat qed isir tindif tal-ħerba li ġab miegħu il-maltemp.