Dalgħodu tnieda proġett tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, FKNK, li ilu fuq l-ixkaffa għal snin twal. Il-ħsieb wara dan il-proġett hi dik ta’ ripopolazzjoni ta’ gamiema li kienet mrobbija fil-magħluq li issa se tintelaq fis-selvaġġ.
L-ammont ta’ gamiem li tħallew jitilqu fis-selvaġġ illum kien ta’ ‘l fuq minn 400 gamiema. Dan isir meta l-kaċċa tkun magħluqa u jkun qed ipassi biex ibejjed u għalekk tkattar il-popolazzjoni tal-gamiem.
Dan it tip ta’ eżerċizzju jsir fl-okkażjoni tal-Imnarja u anke fis-salut tal-festa ta’ San Ġiljan – meqjus bħala l-patrun tal-kaċċaturi.
Is-sena d-dieħla mistenni li jsir fuq skala akbar.