Mohamed Rajab Ali Alsagheer, Libjan ta’ 27 sena ġie kkundannar erbgħin xahar ħabs wara li seraq minn erba’ dgħajjes f’Bormla.
Il-każijiet immorru lura għall-perjodu bejn Diċembru tal-2019 u Jannar tal-2020. Huwa kien mixli wkoll li wettaq ħsara volontarja fi tliet dgħajjes mill-erba’ li seraq u li rrenda ruħu riċediv.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Barra s-sentenza ta’ ħabs effettiva, huwa kien ordnat iħallas multa ta’ ftit aktar minn elf ewro fi spejjeż tal-Qorti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke tat parir lid-Direttur tal-Ħabs biex ir-raġel jingħata l-għajnuna meħtieġa minħabba l-vizzju tad-droga li għandu.