Matul din is-sena, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Welfare Soċjali, ħadet azzjoni dwar 74 rapport relatat ma’ pornografija u abbuż ta’ tfal online, li minnhom 40 kienu ta’ tfal Maltin.
Il-Ministru għal Familja Michael Farrugia qal fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech li l-2,017 rapport li saru fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena diġà qabeż ir-rekord ta’ 204 rapporti li kienu rreġistrati s-sena li għaddiet.
Mill-2011 sa llum kien hemm 942 rapport li minnhom ittieħdet azzjoni fuq 649 każ. L-għadd ta’ tfal Malti involuti f’dawn il-każi kienu 160.