40% tan-nisa li ħadu sehem fil-programm LEAD fl-aħħar sitt snin spiċċaw daħlu fid-dinja politika.
Qalet, “matul dawn is-snin kellna numru ta’ nisa u tfajliet li ħarġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet bħalma huma dawk tal-kunsilli lokali u dawk tal-Parlament Ewropew. Kellna numru ta’ parteċipanti li ġew eletti f’irwoli differenti. Għandna numru ta’ parteċipanti li issa ġew eletti fl-istruttura tal-partit laburista u issa li ġejja l-elezzjoni ġenerali qed naraw nisa fil-lista ta’ kandidatura għall-elezzjoni ġenerali wkoll.”
L-ambizzjoni ma ddejjaqx il-Partit Laburista tant li llum pajjiżna wasal f’punt għal ugwaljanza fejn tidħol il-kandidatura li jressaq ‘il quddiem il-Partit Laburista.
Ħafna mit-tfajliet li applikaw fil-passat u applikaw biex jieħdu sehem fil-futur huma tfajliet u nisa li ma kinux familjari mal-Partit Laburista. Oħrajn kienu parti mill-Partit Laburista diġà u l-potenzjal tagħhom ħareġ iktar f’dan il-programm.
Kull min jixtieq japplika jista jagħmel dan billi jidħol fuq www.partitlaburista.org.
L-applikazzjonijiet għandhom miftuħa sas-6 ta’ Novembru.