Sensiela ta’ spluzzjonijiet f’maħżen tal-murtali fil-Messiku ħalla 24 persuna mejta u 40 oħra feruti.
L-ikbar splużżjonijiet seħħew hekk kif il-pulizija u ħaddiema tat-tifi tan-nar waslu fuq il-post f’Tultepec. Fost dawk midruba hemm ħaddiema tal-emerġenza.
Filmati li tpoġġew fuq il-midja soċjali wrew sħaba kbira ta’ duħħan fuq l-istess belt.
Tultepec, li jinsab 30 kilometru ‘il bogħod minn Mexico City, li huwa magħruf bħala l-belt kapitali tal-piroteknika.