Aktar minn 40 persuna mietu filwaqt li 56 persuna oħra ddaħlu l-isptar minħabba nirien kbar li ħakmu fabbrika li tipproduċi basktijiet fil-Belt kapitali Indjana, Delhi. In-nar fil-bini ta’sitt sulari qabad fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu. Waqt il-ħin tal-inċident kien hemm għexieren ta’ ħaddiema reqdin fil-fabbrika.
Il-Ministru għall-Intern Amit Shah sejjaħ dan l-inċident bħala telf traġiku ta’ ħajjiet prezzjużi, filwaqt li l-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi sostna li n-nar kien orribbli.
Il-possibilità ta’ fatalitijiet huwa mistenni li jiżdied, filwaqt li l-kawża tan-nirien għadha qed tiġi investigata.