40 persuna mietu wara li karozza tal-linja waqgħet f’wied qalb l-irdum fil-Pakistan.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu f’Lasbela, reġjun muntanjuż fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-karozza tal-linja kien hemm 44 passiġġier u l-Assistent Kummissarju ta’ Lasbela qal li l-kawża tal-inċident kienet veloċità qawwija.
Il-Ministru tar-reġjun esprima s-sogħba tiegħu u ordna lill-awtoritajiet biex jipprovdu l-aqwa kura medika lill-midruba.
Ritratt: SKY News