Permezz t’avviż legali dwar is-Saħħa Pubblika, erbgħin pajjiż ieħor daħlu fil-lista ta’ pajjiżi li mhemmx ħtieġa li toqgħod kwarantina.
Fost il-pajjiżi hemm erbgħin stat fl-Amerka, Ċipru, il-Greċja, l-Iżrael, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.
Jekk tkun ġej minn dawn il-pajjiżi m’għandekx obbligu ta’ kwarantina kemm il-darba tipprovdi test negattiv għall-Covid-19 mhux iżjed antik minn 72 siegħa jew tippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin li juri li ilek ġimagħtejn kompletament imlaqqam.