Iktar minn 40 persuna weġġgħu wara li għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu (ħin Malti) inqaleb tramm fl-inħawi ta’ Croydon fin-nofsnihar ta’ Londra.
Rapporti mill-kamra tal-aħbarijiet BBC jikkonfermaw li żewġ persuni għadhom maqbduin ġot-tramm u għaddejja ħidma sabiex dawn jinħelsu mill-iktar fis.
Il-Metropolitan Police f’Londra qalu li dan kien inċident gravi fejn se tingħata prijorita assoluta sabiex jerġa jinkiseb il-kontroll fl-inħawi. Intant ir-Rail Accident Investigation Branch se tibda investigazzjoni fil-ħin li ġej .