Tliet kwarti tal-investituri finanzjarji Maltin jippreferu jużaw il-banek lokali biex jinvestu flushom fi prodotti finanzjarja li minnhom jistgħu jtejbu d-dħul tagħhom permezz tal-imgħaxijiet offruti.
Dan joħroġ mill-aħħar indiċi annwali li sar permezz ta’ stħarriġ fost sitt mitt investitur Malti li sar mill-kumpanija MISCO u ppubblikat mill-Bank of Valletta.
L-indiċi wera li tliet kwarti tal-investituri Maltin jużaw il-banek lbiex jinvestu flushom, segwiti mill-intermedjarji u l-konsulenti finazjarji bi 23 fil-mija. Tmienja fil-mija jgħidu li jew jinvestu onlajn jew weħidhom.
L-aħħar riżultati tal-indiċi juru li wara tnaqqis fl-2018, l-għadd ta’ persuni bi stokks tal-Gvern żdied mill-ġdid is-sena li għaddiet u tela’ għal kważi nofs l-investimenti kollha li għandhom l-investituri Maltin.
39 fil-mija għandhom investiment fl-ishma waqt li ftit inqas minn kwart tal-investituri għandhom bonds ta’ kumpaniji lokali.
Il-bank lokali saħaq ukoll li l-investitur Malti huwa aktar ottimist meta mqabbel mar-riżultati passati.
L-aħħar eżerċizzju wera wkoll li l-investitur Malti għandu preferenza ċara għall-investiment lokali iżda l-aħħar stħarriġ wara li l-investitur Malti qed juri li jippreferi taħlita ta’ investiment lokali u barrani.
Fl-istess waqt ħareġ li l-Maltin għadhom jippeferu jinvestu fil-ġebla. Fil-fatt kważi 40 fil-mija tal-investituri Maltin jħossu li l-investiment fil-proprjetà huwa l-aħjar għażla.