Żagħżugħ ta’ 16-il sena mill-Bangladesh ingħata sentenza ta’ 4 xhur priġunerija wara li ammetta li pprova jaħrab minn Malta lejn Bergamo illegalment.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butlers spjegat li s-Sibt filgħodu kmieni għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu Ashraful Islam pprova juża passaport Indjan falz u permess ta’ residenza Taljan.
L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża spjegat li ż-żagħżugħ għandu fedina penali nadifa u b’hekk għandha tingħata l-inqas sentenza possibbli.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ħadet din inkunsiderazzjoni u b’hekk ikkundannatu erba’ xhur priġunerija.