Antonio Vassallo, kuntrattur ta’ sittin sena ntbagħat erbgħa snin ħabs wara li nstab ħati li qarraq żewġ negozjanti oħra s-somma ta’ madwar mija ħamsa u sebgħin elf ewro.
Il-każ seħħ fl-2006 meta Vassallo kkonvinċa liż-żewġ negozjanti jħallsu s-somma ta’ madwar mija ħamsa u sebgħin elf ewro għal medda art f’Birżebbugia qrib iż-żona magħrufa bħala “Tal-Gas”.
Madankollu minkejja li tħallset is-somma, t-tranżazzjoni tal-propjetà qatt ma seħħet, bl-akkużat beda jġib diversi skużi għax dan ma’ sarx.
Kien hemmek li n-negozjanti ntebħu li waqgħu fin-nassa ta’ Vassallo u minnufih fetħu proċeduri fil-Qorti.
Il-Maġistrat Ian Farrugia li kien assenjat dan il-każ lura fl-2013 qal li l-Qorti mhux se tibqa’ taħli ħin fuq dan il-każ u wara li nnota l-evidenza kollha flimkien mal-kondotta maħmuġa ta’ Vassallo, ikkunannah erba’ snin ħabs u ordnalu jħallas lura s-somma ta’ mija ħamsa u sebgħin elf ewro.