Fl-aħħar sigħat, 4 persuni fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, u 11-il persuna oħra rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 460 persuna. Il-każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 103.
Il-każijiet ġodda rriżultaw minn fost 1,519.
Sa issa b’kollox saru 53,196 test għall-COVID-19.
Intant, illum kienet l-ewwel darba fi kważi xahrejn u nofs li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ma għamlitx l-aġġornament mediku li kienet qiegħda tagħmel kuljum, dan għaliex dan ħa jibda jsir kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.