Fl-aħħar sigħat, 4 persuni fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, u 9 persuni oħra rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 473. Il-każijiet attivi bħalissa huma 130.
Il-każijiet ġodda rriżultaw minn fost 1,727 test.
Minn mindu bdiet din il-pandemija b’kollox saru 59,511 test.