38% jew kważi erbgħa minn kull għaxart imwiet f’Malta huma kkawżati minn kundizzjonijiet tal-qalb. Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati mill-Eurostat b’rabta mal-Jum Dinji tal-Qalb. Jidher li minn aktar minn 3,500 mewta li seħħet fl-2015, aktar minn 1,300 kienu relatati b’rabta ma’dan ir-rigward. Ftit aktar minn 760 kienu kkawżati minn anġina u attakk tal-qalb, li jaffettwaw l-aktar lill-irġiel b’total ta’ 4%.
Sadanittant, ħames żgħażagħ taħt il-25 sena mietu kawża ta’ mard fil-qalb, mentri ftit anqas minn 70 persuna mietu meta laħqu l-50sena.
Madwar l-Istati Membri Ewropej kollha, 12% tal-popolazzjoni tilfu ħajjiethom kawża ta’ mard jew kundizzjonijiet fil-qalb.