Erba’ anzjani tilfu ħajjithom wara li partijiet mill-isptar San Giovanni Evangelista f’Tivoli, qrib Ruma, fl-Italja inħakem min-nirien qawwija.
Fl-isptar kien hemm iktar minn mitejn persuna mifruxa fuq seba’ sulari li ġew evakwati fosthom sebat itfal u diversi trabi.
Minn rapporti internazzjonali qed jingħad li n-nar infirex f’ħakka t’għajn sad-dipartiment tal-emerġenza u t-Taqsima għall-Kura Intensiva bil-konsegwenza li nqata’ d-dawl.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta biex tiġi stabbilita x’wassal għal dan l-inċident.