Minn tal-inqas erba’ persuni tilfu ħajjithom, filwaqt li persuna oħra ġiet irrapurtata nieqsa, kawża ta’ għargħar li laqat l-Isvizzera. Dan skont rapporti mill-Pulizija tal-lokal.
Filwaqt li tliet persuni inqatlu f’wied, persuna oħra nstabet mejta f’lukanda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li raġel ta’ 52 sena qed jiġi mfittex, hekk kif għeb mill-villaġġ ta’ Binn is-sibt filgħaxija.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dawn il-każijiet.