Għall-ħabta tas-1.50 il-pulizija kienet imsejħa fi Triq Karmenu Mifsud Bonnici f’Bormla fejn nirien ikkawżaw ħsarat fuq 4 karozzi.
Jidher li n-nar beda minn vettura tat-tip BMW u li mbagħad infirex u affettwa 3 karozzi oħra.
Intalbet ukoll l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Maġistrat Marseanne Farrugia qed tmexxi l-inkjetsa dwar dan il-każ.