Erba’ persuni li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-28 sena tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.
Huma tressqu bl-akkużi ta’ ħruq ta’ vettura kif ukoll kkumplottaw li jwettqu reat.
L-avukat Joe Giglio staqsa lill-Qorti jekk tistax tingħata ordni proviżorja għal trattament psikoloġiku lil 3 mill-akkużati minħabba problemi li għandhom ma’ ommhom.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tat il-ħelsien mill-arrest liż-żgħażagħ u ordnatilhom biex jiffirmaw l-għassa, ma joħorġux mid-dar f’ċerti ħinijiet, kif ukoll depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.