Minn tal-inqas disgħa u tletin persuna nqatlu f’nirien li ħakmu ħanut fil-provinċja ċentrali Ċiniża ta’ Jiangxi.
Skont rapporti fil-midja, in-nar beda fis-sular t’isfel tal-binja, fil-belt ta’ Xinyu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Numru ta’ nies oħra ndarbu.
Il-President Xi Jinping sejjaħ għal investigazzjoni biex tara l-kawża tan-nirien.
Dan l-inċident seħħ ġranet biss wara li tlettax-il tifel u tifla tal-iskola mietu f’nirien li nħakmu f’dormitorju ta’ skola fil-provinċja ta’ Henan.