Il-Pulizija kompliet bil-ħidma tagħha fil-konfront ta’ persuni li qed jgħixu f’Malta b’mod illegali, liema ħidma waslet biex 38 persuna nstabu li qed jgħixu f’San Pawl il-Baħar u Buġibba b’mod illegali.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-ispezzjonijiet saru kmieni l-Ħadd filgħodu, u l-persuni li nstabu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod illegali huma mill-Pakistan, is-Sirja, l-Afganistan u l-Ghana.
Huma ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn mill-ewwel beda l-proċess biex dawn ma jibqgħux f’pajjiżna.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, u l-ispezzjonijiet fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jsiru.