Fl-aħħar jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali daħlu b’kollox tmienja u tletin nominazzjoni mill-Kandidati Laburisti.
In-nominazzjonijiet li daħlu fuq it-tieni distrett huma tal-Kandidati Laburisti Glenn Bedingfield, Edward Cassar Delia, James Grech, Mark Grech, Joseph Mizzi, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech, biex jimtela’ l-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana.
Nominazzjonijiet oħra daħlu fuq it-tielet distrett mill-Kandidati Laburisti Raymond Abela, Alicia Bugeja Said, Edward Cassar Delia, Audrey Demicoli, James Grech, Jean Claude Micallef u Joseph Mizzi, sabiex jimtela’ post il-Ministru Owen Bonnici.
Sabiex jimtela’ post id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fuq ir-raba’ distrett, daħlu n-nominazzjoni tagħhom Glenn Bedingfield, Herbert Conti, Katya De Giovanni, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech.
Fuq il-ħames distrett għall-post ċedut mill-Prim Ministru Robert Abela, tefgħu n-nomina tagħhom, Gianluca Cutajar, Omar Farrugia, Jean Claude Micallef, u Joseph Mario Sammut.
Il-Kandidati Laburisti Malcolm Paul Agius Galea, Sean Apap Meli, Fiona Borg, Joseph Cutajar, Rosianne Cutajar, Katya De Giovanni u Omar Farrugia, tefgħu n-nomina tagħhom sabiex jimtela’ post il-Ministru Ian Borg fuq is-sitt distrett.
Sabiex jimtela post il-Ministru Silvio Schembri fuq is-seba’ distrett tefgħu n-nomina tagħhom Malcolm Paul Agius Galea, Alicia Bugeja Said, Naomi Cachia u Chris Grima.
Fuq id-disa’ distrett sabiex jimtela’ post il-Ministri Michael Falzon u Clifton Grima, tefgħet in-nomina tagħha Rebecca Buttigieg.
Għall-post battal mill-Ministru Miriam Dalli fuq il-ħdax il-distrett, tefgħu n-nomina tagħhom Anthony Agius Decelis u Romilda Baldacchino Zarb.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet illi l-għadd tal-voti tal-Elezzjonijiet Każwali se jsir nhar il-Ħamis li ġej fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.
L-għadd tal-voti se jibda fid-disgħa ta’ filgħodu.