Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, qal fil-Parlament li preżentament, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha total ta’ 37,360 sodod liċenzjati magħha fil-kategoriji ta’ lukandi, villaġġi turistiċi, guest houses u hostels.
Għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru qal li, l-Awtorità approvat numru ta’ applikazzjonijiet fl-istess kategoriji li jammontaw għal total ta’ 6,595 sodda oħra f’ dawn l-aħħar sentejn li għadhom f’diversi stadji tal-proċess qabel ma jiġu illiċenzjati biex jintużaw.