Marokkina ta’ 46 sena li tgħix San Pawl il-Baħar intbagħtet 37 xahar ħabs wara li ammettiet li serqet minn appartamenti.
Fil-Qorti ntqal kif dan is-serq seħħ bejn Mejju u Ġunju li għadda u l-mara nstabet ħatja li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li hija riċediva.
Intqal kif f’serqa minnhom, insterqu elfejn u seba’ mitt ewro fi flus kontanti f’waħda mir-residenzi.