Aktar minn 37 persuna nqatlu u 90 oħra ndarbu wara tliet splużjonijiet f’moskea f’Kandahar, l-Afganistan. Uffiċjal tat-Taliban li kien fuq il-post ikkonferma li dan kien attakk suwiċida minn tliet persuni.
Jidher li persuna minnhom attivat il-bomba fuq in-naħa ta’ barra tal-moskea u tnejn oħra minn ġol-moskea stess.
Jidher ukoll li l-attakk seħħ fil-ħin tat-talb, li nhar ta’ Ġimgħa jkun l-aktar bieżel. L-IS-K mistennija jerfgħu r-responsabbiltà tal-attakk.