L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet kien 3,392, jiġifieri tnaqqis ta’ 9% fuq l-2015.
Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, dan l-ammont ifisser 37 inċident kuljum. L-iktar zona fejn isiru inċidenti kienet dik tat-tramuntana, b’39% tal-inċidenti kollha jseħħu hemm.
L-ammont ta’ nies li ndarbu f’inċidenti naqas bi 12.6% fuq l-2015, u laħaq l-375 persuna. Minnhom, 63% kienu sewwieqa. L-ammont ta’ sewwieqa midruba kien 207 u f’26 każ, il-ġrieħi kienu gravi. 14-il passiġġier u 17-il persuna fit-triq ukoll sofriet ġrieħi gravi. Kien hemm 65 passiġġier u 41 persuna fit-triq li ġarrbu ġrieħi ħfief. Tliet sewwiqa u u żewġ persuni li kienu fit-triq tilfu ħajjithom.
Kemm fost dawk li ndarbu gravi, kif ukoll fost dawk li ndarbu ħafif u anke dawk li mietu, l-ammont ta’ irġiel kien ikbar mill-ammont ta’ nisa. Il-maġġoranza kellhom bejn 26 u 40 sena. Mill-ħames inċidenti fatali, tlieta kienu kkaġunati minn muturi. Għalkemm 24% biss tal-inċidenti huma kkaġunati minn muturi, meta tqis li 64% huma kkaġunati minn karozzi.