Ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, li segwiet jiem ta’ stħarriġ, waslet biex dalgħodu, sitta u tletin persuna inġabru għaliex kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.
Dawn huma ħamsa u tletin raġel ta’ nazzjonalità Sirjana u persuna mill-Gambja.
L-ispezzjonijiet kienu ffokati fil-Ħamrun, f’Santa Venera u fl-Imsida, u jingħaqdu ma’ oħrajn li qed isiru biex ikun assigurat li persuni li qed jgħixu f’pajjiżna għandhom id-dokumenti validi u l-permessi meħtieġa.
Dawn il-persuni issa qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u se jibqgħu jinżammu f’dan iċ-ċentru sakemm ikunu ritornati lejn il-pajjiż li ġew minnu.
Il-Korp tal-Pulizija se jibqa’ għaddej bi spezzjonijiet kontinwi fil-qalba tal-komunitajiet.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/02/10153547/WhatsApp-Image-2024-02-10-at-15.30.14.jpeg)