Fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda, l-ammont ta’ vetturi reġistrati żdied b’rata medja ta’ 36 kuljum. Bejn April u Ġunju ħarġu 5,857 liċenzja ġdida. Il-maġġoranza ħarġu għall-karozzi tal-passiġġieri. Iżda nħarġu wkoll 1,055 liċenzja għall-muturi – żieda ta’ 57% fuq l-istess perjodu ta’ sena qabel.
Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika. Bejn April u Ġunju, kien hawn 352,671 vettura liċenzjata, żieda ta’ kważi 1% fuq il-perjodu bejn Jannar u Marzu. Minn dawn, 79% kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.7% kienu vetturi kummerċjali, 6.2% kienu muturi u inqas minn 1% kienu karozzi tal-linja u minibuses.