Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li, fis-sentejn li għaddew, ingħalqu 36 ftehim kollettiv għall-ħaddiema tas-servizz pubbliku, inkluż ukoll għal diversi setturi ta’ ħaddiema li fl-istorja qatt ma kellhom ftehim kollettiv.
B’dawn is-36 ftehim f’setturi differenti, minn dawk mediċi għal dawk tas-sigurtà u edukattiv, amministrattiv u bosta oqsma oħra, eluf ta’ ħaddiema gawdew u qed igawdu minn kundizzjonijiet aħjar u pagi mtejba. Hemm ukoll it-titjib fl-allowances u kundizzjonijiet oħra. Dan flimkien ma’ diversi inizjattivi oħra li ttieħdu biex ikun hemm flessibbilta u titjib fil-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku.
Il-Partit Laburista qal li, fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista injora dan kollu fl-istqarrija tiegħu fejn min-negozjati normali għal ftehim kollettiv li dejjem isiru jrid jagħmel ballun politiku partiġjan.