Fl-aħħar tliet snin kemm ilha li ddaħlet l-iskema tal-muturi tal-125cc jiġifieri li l-licenzja tagħhom niżlet għal €10 u li biex iġġib il-liċenzja trid issegwi biss kors ta’ 10 sigħat, ibbenefikaw minnha 3,500 persuna.
Qal dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg waqt li dalgħodu giet imendija s-sistema l-ġdida ta’ Motor Bike Sharing mill-Malta Public Transport.
Din is-sistema ser tippermetti li wieħed jikri mutur permezz ta’ app li tippermettilu wkoll li jagħżel l-aktar wieħed viċin tiegħu u jagħmel id-destinazzjoni tiegħu permezz ta’ dan il-mutur li jaħdem bl-elettriku.
Din is-sistema ser titħaddem l-ewwel fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, l-Imsida u l-Gżira, wara ser tiddaħħal fl-inħawi tar-Rabat, l-Imdina u Buġibba.