Bħal-lum 35 sena, l-Air Malta taret għall-ewwel darba lejn l-ajruport ta’ Southend f’Londra.
Kien fis-16 ta’ Mejju tal-1983 meta l-linja tal-ajru Maltija taret lejn din id-destinazzjoni bħala titjira charter.
Illum, 35 sena wara, l-Air Malta reġgħet qed ittir lejn Southend fuq bażi regolari, bħala parti mill-istrateġija ta’ tkabbir tagħha li evetwalment għandha twassalha biex issir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Ir-ritratt ittieħed mill-Professur Alfred Quintano li dak iż-żmien kien parti mit-tim tal-Air Malta, u li llum huwa lettur fl-Università ta’ Malta.