35 persuna transesswali qed jagħmlu użu minn servizzi għas-saħħa pprovduti għalihom fil-klinika tas-saħħa primarja fl-Imtarfa.
Dan intqal waqt żjara mid-deputat Prim Ministru Chris Fearne fl-istess klinika.
Is-servizz tas-saħħa multidixxiplinarju pprovduti f’din il-klinika tnedew lura fl-14 ta’ Novembru li għadda u fosthom hemm servizzi ta’ psikjatra, terapija għall-ormoni u kirurġija.
Sabiex persuni transesswali jagħmlu użu minn din il-klinika d-deputat Prim Ministru tenna li jridu jkunu riferuti minn tabib u psikjatra.
Id-deputat Prim Ministru tenna li dan huwa riżultat ta’ sena fejn fiha l-Gvern iffoka fuq il-bżonnijiet tal-komunità LGBTIQ.
Jixhed dan l-impenn kien hemm il-politika dwar is-servizzi tas-saħħa għal persuni transesswali, imfassla wara konsultazzjoni pubblika.
B’riżultat ta’ dan ukoll sar avviż legali sabiex persuni transesswali jkollhom aċċess għall-mediċina b’xejn.