Aktar minn 345 miljun ruħ madwar id-dinja qed jaffaċċjaw problemi dwar is-sigurtà tal-ikel, dan hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna daħlet fil-ħames xahar. Wisset dwar dan il-fergħa tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-World Food Programme.
Il-gwerra fl-Ukrajna flimkien maż-żieda globali fil-prezzijiet tal-enerġija u l-konsegwenzi tal-pandemija qed iħallu impatt fuq persuni li huma f’risku ta’ faqar.
Qed jingħad ukoll li ħafna mill-qamħ se jiħżien fl-imħażen fl-Ukrajna hekk kif ir-Russi qed jimblukkaw il-portijiet biex jiġi esportat, filwaqt li x’aktarx, is-sanzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ fertilizzant Russu, jistgħu jħallu impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel fiż-żmien li ġej.