S’issa 340 ristorant u stabbiliment tal-ikel ġew iċċertifikati mal-protokolli meħtieġa sabiex joperaw.
Dan żvelah iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Gavin Gulia fuq il-midja soċjali. Dawn il-protokolli meħtieġa qed jiġu spezzjonati mill-istess awtorità sabiex ikun assigurat li kull stabbiliment ikun konformi mal-ligi, li jassiguraw id-distanza soċjali bejn mejda u oħra, fost oħrajn.
Iċ-Chairman tal-MTA qal li dawn in-numri ta’ stabbilimenti ċċertifikati huwa ċertifikat tal-ħidma tal-Awtorità. Appella sabiex kulħadd jirrispetta d-distanza soċjali, filwaqt li jgawdu din in-normalità l-ġdida.