Erbgħa u tletin suldat ingħataw midalja bħala rikonoxximent għas-sehem u s-servizz li taw tul il-karriera tagħhom.
Il-midalja ngħatat lil dawn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li taw servizz ta’ tmintax, ħamsa u għoxrin u tletin sena rispettivament.
Il-Ministru Carmelo Abela preżenta dawn il-midalji u qal li dawn is-suldati għandhom iservu bħala mudell għal suldati ġodda li għażlu din il-karriera. Huwa stqarr li huwa kburi bis-servizz li qed jagħtu fl-Armata u li d-dedikazzjoni u l-lealta’ fil-ħidma tas-suldati Maltigħal darb’oħra qed terġa titpoġġa taħt il-lenti u qed tiġi innutata minn dinjitari barranin.